Wednesday, December 25, 2024

Tweġġa’ gravi wara li ttajret f’Tal-Pietà

Aqra wkoll

Mara sofriet ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tat-3:00 p.m kienet involuta f’inċident li seħħ fi Triq San Luqa f’Tal-Pietà.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara ta’ 22 sena ntlaqtet minn karozza tal-għamla Mercedes GLC misjuqa minn mara ta’ 46 sena residenti s-Siġġiewi.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel assistenza u ambulanza biex il-mara setgħet tittieħed għal aktar kura fl-Isptar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport