Thursday, December 26, 2024

Twelid ta’ tarbija prematura jsalva l-ħajja tal-omm

Xaqq ta' dawl ġdid għal familja fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Tarbija f’Essex li twieldet 12-il ġimgħa qabel id-data mistennija “salvat il-ħajja t’ommha” minħabba li t-tobba waqt dan il-proċess skoprew li l-omm għandha kanċer.

Harriet Elsdon, omm ta’ tlett itfal, fl-età ta’ 32 sena ġiet infurmata mit-tobba illi li kieku welldet fil-ġurnata pjanata, “seta’ jkun tard wisq”.

Apparentament l-omm kienet qed ikollha wġigħ ta’ żaqq qawwi tant li bdiet tbati biex timxi. It-tobba nnutaw dan u ħajruha biex tieħu parir mediku. Wara li sarilha scan irriżulta li ċ-ċesta li għandha fin-naħa l-leminija tal-ovary qed tikbrilha. Harriet ġa kienet taf li għandha ċesta minn scan li sarilha waqt li kellha 20 ġimgħa tqala, però t-tobba skoprew li għandha kanċer meta nfaqgħetilha ċ-ċesta.

Harriet għamlet intervent u ftit tal-ġimgħat wara bdiet it-trattament tal-kimoterapija. Hija tinsab ħerqana għal dawn il-jiem tal-festi hekk kif se tkun lestiet it-trattament kollu. “Fl-aħħar inħoss li qed ifiġġ xaqq ta’ dawl”, tgħid Harriet.

Ekonomija

Sport