Saturday, May 18, 2024

Harry Kane jgħid li l-Ingilterra jinsabu lesti għal kontra Franza

Aqra wkoll

Il-captain tal-Ingilterra Harry Kane qal li t-team tiegħu jinsab lest għall-partita li jmiss, dik ta’ nhar is-Sibt li ġej, kontra ċ-champions renjanti Franza fil-kwarti-finali tat-Tazza tad-Dinja 2022.  

L-Ingilterra bbukkjaw posthom mal-aħħar tmienja grazzi għar-rebħa ta’ 3-0 fuq is-Senegal, b’goals minn  Jordan Henderson, Kane, u Bukayo Saka.

Iżda l-konfront li jmiss huwa ostaklu diffiċli kontra team li qed jimmira li jsir it-tielet team li jiddefendi t-titlu b’suċċess wara l-Italja (1934 u 1938) u l-Brażil (1958 u 1962).

“Nhar is-Sibt li ġej se jkun jum verament diffiċli,” qal Kane li l-goal tiegħu kontra s-Senegal kien l-ewwel wieħed f’din l-edizzjoni li ressqu goal wieħed biss wara Wayne Rooney bħala l-aqwa skorer ta’ kull żmien għall-Ingilterra, b’total ta’ 53 goal.  

“Franza huma team kbir. Huma ċ-champions renjanti. Jekk  irridu nirbħu t-Tazza tad-Dinja, irridu nilagħbu kontra l-aqwa timijiet … u Franza żgur li huma wieħed minnhom.”

Min-naħa tagħhom, Franza bdew dan it-tournament mingħajr tlieta mill-aqwa players. Paul Pogba u N’Golo Kante kienu ilhom qed jirkupraw minn injury u għaldaqstant ma ġewx inklużi fl-iskwadra ta’ Didier Deschamps.

Aktar minn hekk, Karim Benzema kellu jirtira tlett ijiem qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja minħabba li sofra injury waqt it-taħriġ. Iżda f’Kylian Mbappe, huma jippossjedu wieħed mill-aktar attakkanti perikolużi  fil-football mondjali.

L-attakkant ta’ Paris Saint-Germain, Mbappe, huwa l-aqwa skorer ta’ din l-edizzjoni b’ħames goals fejn irreġistra wkoll żewġ assists minn erba’ logħbiet. 

Anke l-coach tal-Ingilterra, Gareth Southgate, huwa kon­xju tal-qawwa tal-Franċiżi.  

“Dan huwa l-akbar test li nistgħu niffaċċjaw. Huma ċ-champions tad-dinja, b’profondità inkredibbli ta‘ talent u plejers eċċellenti. Huma diffiċli ħafna biex tilgħab kontrihom kif ukoll li tiskorja l-goals kontrihom.

“Iżda aħna għandna pjan kif inwaqqfuhom,” qal Southgate.

Sport