Monday, April 22, 2024

Twissija dwar ċikkulata minħabba l-possibbiltà li fiha biċċiet tal-plastik

Aqra wkoll

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħareġ twissija fuq ċikkulata minħabba l-possibbiltà li jkollha biċċiet tal-plastik.

Iċ-ċikkulata inkwistjoni hija tat-tip Fondente Noir Extra tal-kumpanija Conad li ġġorr data ta’ durabbiltà sat-30 ta’ Ottubru tal-2021. In-numru tal-lottijiet huma L1330004 u L1328941.

Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru ta-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].

Sport