Sunday, October 27, 2024

Twissija mill-MFSA dwar telefonati qarrieqa

Aqra wkoll

Wara ilmenti minn għadd ta’ persuni dwar telefonati li kienu qegħdin jirċievu u li fihom jintalbu dettali tal-kontijiet fil-banek, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarju (MFSA) f’komunikat li ħarġet wissiet  lill-pubbliku biex joqgħod attent minn telefonati qarrieqa li qed jużaw isem l-Awtorità kif ukoll entitajiet li qed jagħtu x’jifhmu li huma kumpaniji. Qalet li dawn żda li m’għandhomx li-liċenzja biex joperaw f’Malta.

Rigward it-telefonati qarrieqa, l-MFSA qalet li dawk li jċemplu qed jitolbu lill-konsumaturi biex jipprovdu d-dettalji bankarji tagħhom jew l-kont bankarju.

L-MFSA wissiet lill-pubbliku biex qatt ma jipprovdi informazzjoni bħal din sensittiva u kunfidenzjali fuq il-midja soċjali, email, telefonati jew mezzi oħra lil individwi mhux magħrufa.

Fost l-entitajiet li ħarġet twissijiet dwarhom hemm Decenomy plc, li għalkemm hija kumpanija reġistrata Maltija, mhux liċenzjata jew awtorizzata b’xi mod ieħor mill-MFSA biex tipprovdi xi servizzi finanzjarji.

Hija semmiet ukoll il-kumpaniji Rehoniel, YieldNodes u (Europe) Limited mhumiex reġistrati bħala kumpaniji Maltin u m’għandhomx liċenzjata mill-MFSA biex jipprovdu xi servizzi finanzjarji.

L-MFSA qalet li l-pubbliku għandu għalhekk iżżomm lura milli tidħol fi kwalunkwe tranżazzjoni jew tittratta b’xi mod ieħor ma’ l-entitajiet li semmiet.

Sport