Sunday, December 22, 2024

Twissijiet ta’ għargħar fl-Ingilterra kawża ta’ maltemp estrem

F'żona partikolari l-kejl ta' xita f'siegħa kien ekwivalenti għal dak ta' ġimagħtejn

Aqra wkoll

Partijiet mill-Ingilterra mistennija jesperjenzaw l-għargħar wara l-ammont ta’ xita qliel u sajjetti qawwijin li għamlu.

F’żona qrib Sheffield, ilbieraħ, ix-xita li niżlet f’temp ta’ siegħa hija ekwivalenti għal madwar l-ammont li jinżel f’ġimagħtejn ta’ xita: “Xita pjuttost qalila … 25-35mm f’siegħa ċertament li se tikkawża problemi ta’ għargħar, apparti problemi oħra,” qal l-Uffiċjal Metereoloġiku Marco Petanga.

Bejn is-6:00 p.m. u s-7:00 p.m. (ħin lokal) tal-bieraħ niżlu madwar 35.6mm xita f’Woodhouse Mill. Dan b’kuntrast mal-ammont medju ta’ xita li niżlet fuq medda ta’ 12-il jum matul Ġunju li ammonta għal 77mm. Sat-8:00 p.m. ħarġu sitt twissijiet mill-Uffiċċju Metereoloġiku ta’ għargħar f’partijiet differenti fl-Ingilterra ta’ Fuq.

Ekonomija

Sport