Tuesday, May 14, 2024

Irnexxielu jaħrab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti minn ħanut f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għall-ħalliel li aktar kmieni llum wettaq serqa minn ħanut tal-logħob li jinsab fi Triq il-Qroll, San Pawl il-Baħar. Kien għall-ħabta tal-11:15 a.m., meta l-Pulizija ġiet infurmata bil-każ u minnufih marret fuq il-post.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel mgħammad u armat b’sikkina daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-impjegata, Taljana ta’ 23 sena. L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti. B’xorti tajba l-impjegata ma weġġgħetx.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport