Thursday, July 25, 2024

U21: Illum Malta tilgħab kontra Spanja

Aqra wkoll

It-team nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena  immexxi mill-coach, Ivan Woods,  jibda l-impenji tiegħu fi Grupp B tal-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew b’konfront diffiċli kontra Spanja. 

Woods inħatar f’din il-kariga biex ikun is-suċċessur ta’ Francesco Macri li sa ftit tal-ġimgħat ilu kien fir-responsabbiltá taż-żgħażagħ Maltin.  

Għal din il-logħba, inizjalment, Woods sejjaħ skwadra ta’ 30 player li dawn tnaq­qsu għal 22  li tinkludi bosta players tat-team ta’ Taħt id-19-il sena, li ġibdu l-attenzjoni fil-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew li saret f’pajjiżna, f’Ġunju li għadda. 

Fost dawn hemm Hugo Sacco, Mattias Ellul, Jake Vassallo, Jake Micallef, Andy Borg, Ben Hili, Basil Tuma u Brooklyn Borg 

Fl-istess grupp ma’ Malta hemm  l-Ungerija, il-Belġju, l-Iskozja u l-Kazakhstan. 

Mingħajr tlaqliq, l-avversarji tal-lum huma ferm diffiċli minħabba li l-Ispanjoli jippossjiedu players li jilagħbu mal-aqwa timijiet. 

La Rojitas, kif inhuma magħrufin, dehru 16-il darba fil-fażi finali filwaqt li rebħu din il-kompetizzjoni ħames darbiet (1986, 1998, 2011, 2013 u 2019). 

Fost l-iktar players prominenti hemm Gabri Vega ta’ Al Ahli, Stefan Bajcetic ta’ Li­verpool, Hugo Bueno ta’ Wolves u l-iktar wieħed rappreżentattiv, Benat Turrentes, ta’ Real Sociedad. 

Il-coach Malti huwa konxju li din il-partita hija diffiċli iżda huwa talab lill-players biex jibqgħu konċentrati u ffokati minħabba li mal-inqas żball, l-Ispanjoli jafu jikkastigaw lil kull avversarju. 

Il-logħba se tintlagħab f’Tony Bezzina Stadium, fid-8.45 pm.

Ekonomija

Sport