Thursday, February 13, 2025

UCL: Bayern M. u Benfica jirbħu barra minn darhom

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tal-ew­wel leg tal-play-offs għall-Aħħar 16 tal-UEFA Cham­pions League, Ba­yern Munich u Benfica għamlu pass taj­jeb għall-kwalifikaz­zjoni me­ta rebħu barra minn darhom.

Club Brugge v Atalanta – Club Brugge laqgħu lil Atalanta u kontra kull mistenni ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1 biex issa l-pressjoni tinsab kollha fuq it-team Taljan hekk kif il-ġimgħa d-dieħla jilagħbu f’Bergamo. 

Kien Ferran Jutgla (15) li fetaħ l-iskor għall-Belġjani iżda Mario Pasalic (41) kiseb id-draw għat-team immexxi mill-coach Gian Piero Gasperini. 

U meta kollox deher li l-partita kienet se tispiċċa fi draw, fl-94 minuta, Brugge skorjaw il-goal tar-reb­ħa minn penalty ta’ Gustaf Nilsson wara li l-istess player twaqqa’ minn Isak Hien. 

Monaco v Benfica– Barra minn darhom, Benfica għelbu lil Monaco bl-iskor ta’ 1-0 bl-uniku goal tal-partita jasal minn Vangelis Pavli­dis (48). 

Monaco kellhom lil Moatasem Al-Musrati (52) imkeċċi għal żewġ karti sofor.

Celtic v Bayern M. – Ba­yern Munich marru l-Iskozja u għelbu lil Celtic bl-iskor ta’ 2-1. 

Celtic ħasbu li skorjaw wara 26 sekonda permezz tal-eks player ta’ Bayern, Nicolas Kuhn, iżda Adam Idah ġie senjalat f’pożiz­zjoni ta’ offside. 

Peró, b’mod gradwali l-Bavarjani ħadu l-kontroll tal-logħba u bdew jheddu b’attakk wara l-ieħor … u fil-45 minuta ġustament fetħu l-iskor minn Michael Olise.  

Harry Kane (49) irdoppja għal Bayern iżda Daizen Maeda (79) naqqas il-marġni għal Celtic. 

Feyenoord v Milan – Fe­ye­noord laqgħu lil Milan u għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0.

Huma ma setgħux kel­lhom bidu aħjar meta wara biss tliet minuti fetħu l-iskor b’xutt ta’ Igor Paixao li spiċċa fis-saqaf tax-xibka.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport