Wednesday, September 23, 2026
Home Sport UNL: L-iskwadra Taljana msejħa minn Roberto Mancini tinkludi 10 players li jilagħbu...

UNL: L-iskwadra Taljana msejħa minn Roberto Mancini tinkludi 10 players li jilagħbu barra mill-pajjiż

0
62

L-iskwadra ta’ 34 player tal-Italja mmexxija minn Roberto Mancini tinkludi għaxar players li jilagħbu barra mis-Serie A, b’ħafna minnhom fil-Premier League. Fost dawn hemm il-captain Gianluigi Donnarumma, Matteo Ruggeri, Michael Kayode, Riccardo Calafiori u Sandro Tonali. Players oħra jinsabu fil-Portugall, Franza u l-Ġermanja.

Din is-sitwazzjoni għandha sinifikat doppju. Minn naħa, aktar players Taljani qed jitilqu mis-Serie A, speċjalment lejn il-Premier League. Min-naħa l-oħra, Mancini qed ifittex players b’ċittadinanza doppja li jistgħu jkunu importanti għall-futur tat-team nazzjonali. Eżempju huwa Mohamed Ali Zoma, winger ta’ 22 sena mwieled fl-Italja minn omm mill-Ivory Coast. Mancini qal li l-Italja għandha tidentifika malajr players b’talent tekniku li jistgħu jiżviluppaw f’elementi importanti.

Michael Kayode (lemin) li jilgħab ma’ Brentford

Michael Kayode għandu wkoll ċittadinanza doppja, iżda diġà lagħab mat-timijiet taż-żgħażagħ Taljani u ma kkunsidrax jirrappreżenta lin-Niġerja. 

Fil-futur, players bħal Giovanni Leoni u Marco Palestra jistgħu jingħaqdu wkoll mal-iskwadra. Mancini qed isegwi wkoll lil Fabio Chiarodia, Luca Reggiani, Filippo Mané u Luca Koleosho. Chiarodia, Reggiani u Koleosho ġew imsejħa mal-iskwadra Taljana ta’ Taħt il-21 sena, filwaqt li Leoni u Palestra qed jirkupraw minn injuries.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here