Il-Laver Cup 2026 se ssir f’Londra, bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd, 22 u s-27 ta’ Settembru. Din il-kompetizzjoni tat-tennis, li tgħaqqad elementi ta’ avveniment ta’ wirja ma’ format kompetittiv bejn timijiet, ġiet imnedija minn Roger Federer fl-2017. Il-kompetizzjoni, imsemmija għal-leġġenda Awstraljana Rod Laver, tqiegħed lil Team Europe kontra Team World.
Matul dawn it-tlett ijiem, l-O2 Arena se tospita il-logħbiet magħżula mill-captains taż-żewġ timijiet, Yannick Noah għal Team Europe u Andre Agassi għal Team World.
Fost il-players li se jieħdu sehem hemm Carlos Alcaraz, Alexander Zverev, Taylor Fritz u Alex de Minaur.
Jista’ jkun hemm massimu ta’ 12-il logħba: disa’ singles u tlieta doubles. Il-logħbiet jintlagħbu fuq l-aħjar minn tliet sets, b’super tie-break ta’ 10 punti jekk ikun meħtieġ.
Il-punti jiżdiedu hekk kif jgħaddi l-weekend: punt fl-ewwel jum, żewġ punti fit-tieni jum u tliet punti fit-tielet jum. L-ewwel team li jilħaq 13-il punt jirbaħ it-trofew.
Kull player irid jilgħab mill-inqas singles wieħed fl-ewwel jumejn, filwaqt li fit-tournament kollu kull team irid juża mill-inqas erba’ players fid-doubles.




