Sunday, November 24, 2024

UCL: Bayern Munich u Juventus jikkwalifikaw mal-Aħħar 16

Aqra wkoll

Meta bdiet tintlagħab ir-raba’ ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League, Bayern Munich u Juventus saru l-ewwel żewġ timijiet li għaddew mal-Aħħar 16.

Grupp E

Bayern M. v Benfica – Bayern Munich ikkwalifikaw mal-Aħħar 16 meta għelbu lil Benfica bl-iskor ta’ 5-2, bl-iskorers ikunu Robert Le­wan­dowski (26, 62, 84) li skorja hat-trick, Serge Gnab­ry (32) u Leroy Sane (49) filwaqt li Morato (38) u Darwin Nu­nez (74) skorjaw għal Benfica. Lewandowski (45) falla pe­nalty għal Bayern.

Din. Kiev v Barcelona – Barra minn darhom Barcelona kisbu rebħa importanti kontra Dinamo Kiev  bl-iskor ta’ 1-0 b’goal ta’ Ansu Fati (70).

Grupp F

Atalanta v Man Utd – Cristiano Ronaldo (45, 91) salva li Manchester United b’żewġ goals lejn tmiem kull taqsima biex temmew fi draw ta’ 2-2 għand Atalanta li dejjem kienu fil-vantaġġ permezz ta’  Josip Ili­cic (12) u Duvan Za­pata (56).

Villarreal  v Young B.  – Villarreal ospitaw lil Young Boys u għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0 biż-żewġ goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn minn Etienne Capoue (36) u Arnaut Danjuma (89).

Grupp G

Wolfsburg v Salzburg – Wolfsburg għelbu lil Salzburg bl-iskor ta’ 2-1 li għalihom skorjaw Ridle Baku (3) u Lukas Nmecha (60) filwaqt li Maximilian Wober (30) wieġeb għal Salzburg.

Sevilla v Lille – Barra minn darhom Lille għelbu lil Sevilla bl-iskor ta’ 2-1.

Il-goals tagħhom waslu minn Jonathan David (43 pen) u Jonathan Ikone (51) wara li Lucas Ocampos (15) fetaħ l-iskor għall-Ispanjoli.

Grupp H

Malmo v Chelsea – Chelsea għamlu pass kbir lejn il-kwalifikazzjoni meta barra minn darhom għelbu lil Malmo bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal jasal minn Hakim Ziyech (56).

Juventus v Zenit SP – Juventus ukoll aċċertaw mill-kwalifikazzjoni b’rebħa ta’ 4-2 fuq Zenit St Petersburg, bl-iskorers ikunu Paulo Dybala (11, 58 pen) li kien il-protagonista  permezz ta’  doppjetta, Federico Chiesa (74) u Alvaro Morata (82) filwaqt li l-goals tar-Russi waslu minn auto-goal ta’ Leo­nardo Bonucci (26) u Serdar Azmoun (92).

Sport