Thursday, April 18, 2024

Fl-Awstralja: Tinstab qawwija u sħiħa wara 18-il jum nieqsa

Aqra wkoll

Għal familja fl-Awstralja, l-aħħar sigħat kienu tassew sbieħ hekk kif ingħataw l-aħbar li t-tifla tagħhom instabet qawwija u sħiħa wara li kienet ilha 18-il jum nieqsa f’parti remota fil-Punent tal-Awstralja.

Fis-16 ta’ Ottubru, Cleo Smith, li għandha erba’ snin, kienet sparixxiet waqt li kienet fit-tinda tal-familja tagħha li kienet tinstab f’żona ta’ kampeġġ qrib il-belt ta’ Carnarvon.

Kien il-Ġimgħa 15 ta’ Ottubru meta l-familja waqqfu l-kamp u għall-ħabta tat-8.00p.m. marru jorqdu. Cleo qamet għall-ħabta tal-1.30a.m. fejn xorbot ftit ilma u reġgħet marret torqod. 

Meta ommha qamet fis-6.00a.m., sabu li ż-żip tat-tinda kien miftuħ u t-tifla ma kinitx hemm. Iż-żip kien fl-għoli sew u li t-tifla ma setgħetx tlaħħaq sa dak l-għoli biex ittellgħu. 

Minn hemm bdiet tfittxija kbira għal din it-tifla li fl-aħħar sigħat kien hemm żvolta hekk kif instabet qawwija u sħiħa f’dar imsakkra. 

B’rabta ma’ dan il-każ qiegħed jiġi interrogat raġel ta’ 36 sena. 

Iċ-ċkejkna Cleo nstabet f’waħda mill-kmamar u issa reġgħet ingħaqdet mal-ġenituri tagħha, li kienu għamlu talbiet imqanqla bil-għan li tinstab it-tifla tagħhom.

L-awtoritajiet qalu li r-raġel li qiegħed jiġi mitkellem m’għandu l-ebda konnessjoni mal-familja Smith. 

Fi tweet, il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison iddeskriva din l-aħbar bħala waħda meraviljuża u ta’ serħan il-moħħ.

Ekonomija

Sport