Friday, July 19, 2024

UCL: Hamrun Spartans jibdew l-impenji Ewropej b’telfa

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Hamrun Spartans …..0

Lincoln Red Imps …..1

Hamrun Spartans bdew l-impenji tal-ewwel leg tal-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League, b’telfa meta sfaw megħluba minn Lincoln Red Imps ta’ Ġibiltá bl-iskor ta’ 1-0. 

Peró, l-Ispartans kien jimmeritahom xi ħaġa aħjar minn din il-partita minħabba li kienu l-aħjar team fit-tieni taqsima.

Fit-tielet minuti, Red Imps ħolqu l-ewwel periklu meta mill-cross insidjuż ta’ Nano fuq it-tieni lasta, il-ballun ħabat ma’ id Ryan Camenzuli iżda kien kollox normali għar-referee Maċedonjan, Aleksandar Stavrev, minħabba li id Camenzuli ma kinetx maħruġa ‘l barra.

Fl-10 minuta, l-Ispartans ħadu daqqa ta’ ħarta meta Elionay Freitas ġie mkeċċi għal daħla perikoluża fuq Tjay De Barr, liema deċiżjoni kienet kemmxejn ħarxa.

Fil-21 minuta, id-difensur Steve Borg, kien providenzjali meta nnewtralizza fil-ħin lil De Barr li daħal fil-kaxxa mil-lemin u seta’ jagħmel xi forma ta’ ħsara.

Fit-30 minuta, Hamrun appellaw għal penalty iżda fil-veritá, l-attakkant Lopes Raphael, aċċentwa l-waqgħa u kien fortunat li ma ntwe­riex il-karta s-safra.

Fis-37 minuta, Red Imps fetħu l-iskor meta ETHAN BRITTO qabeż lil Juan Corbolan f’tarf il-kaxxa u b’xutt imdawwar għeleb għal kollox lill-goalkeeper Henry Bo­­nello.

Fl-44 minuta, l-avversarji spiċċaw jilagħbu b’10 players meta Gomez intwera t-tieni karta safra wara foul inutli fuq Joseph Mbong f’nofs il-ground.

Fil-ħin miżjud, Red Imps ingħataw penalty meta Mar­celina deher iwaqqa’ li De Barr. Iżda wara konslutaz­zjoni mal-VAR, id-deċiżjoni ġiet riversata biex l-istess De Barr ġie ammonit għal simulazzjoni.

Fit-tieni taqsima, l-Ispartans ħarġu fuq l-offensiva u ġiegħlu lill-avversarji jirtiraw lura.

Fil-65 minuta, resqu viċinli jiksbu d-draw iżda l-free-kick ta’ Raphael li deher li kien dieħel fir-rokna tas-saqaf tax-xibka, ġie mdawwar f’cor­ner mill-goalkeeper, Nau­zet Santana. U mill-is­tess corner, Eder, ra t-tentattiv tiegħu minn taħt il-lasti jiġi antiċipat f’corner ieħor.

Fid-79 minuta, Roko Prsa kien għoddu kiseb id-draw iżda d-daqqa ta’ ras tiegħu għaddiet fuq il-mimduda meta l-ballun wasal għandu b’karambola mill-cross ta’ Camenzuli. 

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Steve Borg, 10-Joseph Mbong (7-Luke Montebello 68),  12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas, 17-Wendel Da Silva Barros (8-Talison Lui Barboza 80),  28-Juan Carlos Corbolan, 33-Barbosa Da Rocha (25-Eder 46), 91-Emerson Marcelina,  94-Ryan Camenzuli (3-Matias Ellul 85), 99-Lopes Silva Raphael (19-Vitor Manarin 85) – Coach: Alessandro Zinnari

LINCOLN RI: 1-Nauzet Santana, 5-Ibrahim Ayew (15-Rafael Munoz 68), 6-Bernardo Lopes, 9-Kike Gomez, 10-Tjay De Barr (30-Carlos Alvarez 86), 20-Ethan Britto (17-Martin Moreno 80), 21-Nano, 23-Joe (22-Graeme Torrilla 80), 24-John Sargeant, 26-Daniel Bent, 70-Villacanas Morales (7-Lee Casciaro 70) – Coach: Javier Munoz

REFEREE: Aleksandar Stav­rev (Maċedonja)

ASS. REFEREES: Dejan Kostadinov, Goce Petreski (Ma­ċedonja)

RABA’ UFF: Jovan Kachevski (Maċedonja)

SKORER: E. Britto 37 (LRI)

AMMONITI: K. Gomez, T. De Barr, I. Ayew, N. Santana (LRI); E. Marcelina, S. Borg (HS)

TKEĊĊEW: E. Freitas 10 (HS); K. Gomez 44 (LRI)

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport