Wednesday, July 24, 2024

UCL: Inter b’vantaġġ minimu fuq Atletico Madrid

Aqra wkoll

Meta beda jintlagħab it-tieni programm tal-ewwel leg tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, fiż-żewġ logħbiet tat-Tlieta, Inter għelbu lil Atletico Madrid filwaqt li PSV u Borussia Dortmund spiċċaw fi draw.

Inter………………………… 1

Atletico Madrid…………… 0

Inter għandhom vantaġġ minimu fuq Atletico Mad­rid meta għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0.

Atletico niżlu bi pjan di­fensiv fejn “xejnu” għal kollox il-fluwiditá ta’ Inter fejn l-attakkant, Lautaro Martinez, kien miżmum f’morsa u għaldaqstant it- Taljani ma setgħux isibu l-ispazji neċessarji biex jo­ħolqu l-periklu.

U aktar ma beda jgħaddi l-ħin Inter bdew jidhru aktar frustrati kontra team li kien verament organizzat fid-difiża.

Lejn tmiem l-ewwel taq­­sima, fl-uniku attakk denju, Martinez kellu jagħ­mel aħjar meta minn taħt il-lasti falla l-mira.

Wara l-mistrieħ, in-Nerazzurri żiedu l-pressjoni u resqu viċin minn Martinez u Marko Arnautovic b’dan tal-aħħar, fil-65 minuta, għa­­mel l-impossibbli meta minn taħt il-lasti xeħet barra.

Iżda, fid-79 minuta, huwa patta għal dawn in-nuqqasijiet hekk kif skorja l-uniku goal tal-logħba.

PSV Eindhoven………… 1

Borussia Dortmund….. 1

Il-konfront bejn PSV u Borussia Dortmund għadu inċert hekk kif temmew fi draw ta’ 1-1.

Borussia Dortmund ħarġu tajjeb u bdew saħansitra jiddettaw il-logħob bl-avversarji jirtiraw lura biex jassorbu l-pressjoni.

Iżda l-aħjar ċans wasal għand l-Olandiżi meta  Malik Tillman sab ruħu żmarkat fil-kaxxa iżda tawwal xi ftit il-ballun biex waħdu quddiem il-goalkeeper avversarju, Ale­xander Me­­yer, falla l-mira.

Goal fallut huwa goal maqlugħ minħabba li seba’ minuti wara, kienu Borussia li fetħu l-iskor meta Donyell Malen ġibed il-ballun minn tliet difensuri ta’ PSV u minn pożizzjoni angolata fajjar xutt biex għe­leb lill-goalkeeper, Walter Benitez, bl-ballun jaħbat mal-mimduda qabel spiċċa fix-xibka.

Fit-38 minuta, Johan Ba­kayoko falla ċans tad-deheb li jikseb id-draw meta wasal tard fuq il-ballun biex seta’ jikkonkludi.

Peró, fis-56 minuta, PSV kisbu d-draw minn penalty ta’ Luuk de Jong. 

Ekonomija

Sport