Saturday, December 21, 2024

UCL: Jikkwalifikaw erba’ timijiet oħra mal-Aħħar 16

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tar-raba’ ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions Lea­gue, Real Madrid, Bayern Munich, Inter u Real Sociedad, ingħaqdu ma’ Manchester City u Leipzig fir-round tal-Aħħar 16.  

Grupp A

Bayern M. v Galatasaray – Bayern Munich għelbu lil Galatasaray 1-0 biex ibbukkjaw posthom mal-Aħħar 16 grazzi għad-doppjetta minn  Harry Kane (80, 86).

Copenhagen v Man Utd – Manchester United marru għand Copenhagen u tilfu bl-iskor ta’ 4-3.

Huma fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals mid-Daniż,  Rasmus Hojlund (3, 28), iżda wara li tkeċċa Marcus Rashford (42), Copenhagen skorjaw żewġ goals fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima minn Mohamed Elyou­noussi (45)  u Diogo Goncalves (45+3).

Peró Bruno Fernandes (69 pen) reġa’ ta l-vantaġġ lill-United iżda Lukas Lerager (83) u Roony Bardghji (87) taw ir-rebħa lid-Daniżi.

Grupp B

Arsenal v Sevilla – Arsenal għamlu pass kbir għall-kwalifikazzjoni meta għelbu lil Sevilla bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu minn Leandro Trossard (29) u Bukayo Saka (64). 

PSV v Lens – PSV Eindhoven laħqu lil Lens fit-tieni post tal-klassifika meta għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal importanti jasal minn Luuk de Jong (13).

Grupp C

Napoli v Union B. – Napoli fallew żewġ punti mill-aktar importanti meta f’darhom ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Union Berlin … hekk kif fil-partita li jmiss iridu jilagħbu kontra Real Madrid.

Kien Matteo Politano (39) li fetaħ l-iskor għal Napoli iżda David Datro Fofana (52) kiseb id-draw għall-Ġermaniżi. 

Real Madrid v Braga – Real Madrid ospitaw lil Braga u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0 biex qatgħu l-passaġġ tagħhom għar-round li jmiss.

Wara li Alvaro Djalo (6), falla penalty għal Braga, il-Madrileni skorjaw tliet darbiet mingħajr risposta minn Brahim Diaz (27), Vinicius Junior (58) u Rodrygo (61).

Grupp D

Real Sociedad v Benfica – Real Sociedad ospitaw lil Benfica u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1 biex ikkwalifikaw.

Huma aċċertaw ir-rebħa wara biss 21 minuta meta fetħu vantaġġ ta’ tliet goals biex il-logħba kienet prattikament mirbuħa u mitlufa.

L-iskorers għall-Ispanjoli kienu Mikel Merino (6), Mikel Oyarzabal (11) u Ander Barrenetxea (21) filwaqt li Brais Mendez (29) falla penalty. Rafa Silva (skorja) l-goal ta’ konsolazzjoni għall-Portugiżi.

Salzburg v Inter – Inter skorjaw fl-aħħar ħinijiet tal-partita biex għelbu lil Salzburg bl-iskor ta’ 1-0 u aċċertaw mill-kwalifikaz­zjoni. Il-goal importanti wasal minn penalty ta; Lautaro Martinez (86). 

Ekonomija

Sport