Thursday, November 28, 2024

UCL: Liverpool jiddominaw lil Real Madrid

Aqra wkoll

L-Erbgħa ntlagħab it-tieni programm tal-ħames ġur­nata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League fejn Liverpool baqgħu b’punti massimi meta f’darhom għelbu lil Real Madrid bl-iskor ta’ 2-0  f’partita mimlija drama u emozzjonijiet. 

Fl-ewwel taqsima, ir-Reds kienu l-aħjar team fejn il-goalkeeper, Thibaut Courtois, ċaħħad lil Darwin Nunez u Luis Dias minn goals ċerti.

Fit-tieni taqsima, Liverpool ħarġu aktar aggressivi  u fetħu l-iskor minn Alexis MacAllister (52) b’xutt fir-rokna tax-xibka.  U fis-76 minuta Cody Gakpo rdoppja l-iskor.

Kylian Mbappe (61) u Mohamed Salah (70) fallew penalty għal Real u Liverpool rispettivament.

 Red Star v Stuttgart – Red Star Belgrade rreġistraw l-ewwel rebħa meta għelbu lil Stuttgart bl-iskor ta’ 5-1.

Il-goals tas-Serbi waslu minn Silas (12), Rade Krunic (31), Mirko Ivanic (65) u Nemanja Radonjic (69, 88) wara li Ermedin Demirovic (5) fetaħ l-iskor għall-Ġermaniżi.

Sturm Graz v Girona – Anke Sturm Graz  kisbu l-ewwel rebħa meta f’darhom għelbu lil Girona bl-iskor minimu ta’ 1-0 bl-uniku goal jasal minn Mika Biereth (59).

Aston Villa v Juventus – Il-partita bejn Aston Villa u Juventus kienet l-unika waħda li spiċċat fi draw ta’ mingħajr goals.

Bologna v Lille – Barra minn darhom Lille għelbu lil Bologna bl-iskor ta’ 2-1 b’dawn tal-aħħar għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa.

Il-goals tal-Franċiżi ġew skorjati minn Ngalayel Mu­kau (44, 66)) filwaqt li Jhon Lucumi (63) wieġeb għal Bologna.  

Celtic v Club Brugge – Celtic u Club Brugge temmew fi draw ta’ 1-1.

Il-Belġjani fetħu l-iskor minn auto-goal ta’ Cameron Carter-Vickers (26) filwaqt li Daizen Maeda (60) kiseb id-draw għal Celtic.

Dinamo Zagreb v Borussia D. – Borussia Dortmund marru l-Kroazja u għelbu lil Dinamo Zagreb bl-iskor ta’ 3-0 bl-iskorers ikunu Jamie Gittens (41),  Ramy Bensebaini (56) u Serhou Guirassy (92).

Monaco v Benfica – Benfica marru għand Monaco u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2 bil-goals tagħhom jaslu minn Vangelis Pavlidis (48),  Arthur Cabral (84) u Zeki Amdouni (88) filwaqt li  Eliesse Ben Seghir (13)  u Soungou­tou Magassa (68) skorjaw għal Monaco.

PSV v Shakhtar D. – PSV Eindhoven dawru telfa f’rebħa meta għelbu lil Shakhtar bl-iskor ta’ 3-2, b’goals minn Malik Tillman (88, 92) u Ricardo Pepi (94) wara li Danylo Sikan (8) u Oleksandr Zubkov (37) taw vantaġġ doppju lill-Ukreni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport