Wednesday, December 25, 2024

UCL: Milan jumiljaw lil Real Madrid

Aqra wkoll

It-Tlieta intlagħab l-ewwel programm tar-raba’ ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League hekk kif Milan rebħu l-unuri tal-ġurnata meta barra minn darhom umiljaw liċ-champions ren­janti, Real Madrid bl-iskor ta’ 3-1. 

Real Madrid v Milan – Real Madrid laqgħu lil Milan u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 3-1 biex sofrew it-tieni telfa f’din il-fażi. 

Malick Thiaw (12) fetaħ l-iskor għal Milan minn azzjoni ta’ corner.  Iżda fit-23 minuta il-Madrileni kisbu d-draw minn penalty ta’ Vinicius Jr wara li l-istess player twaqqa’ fil-kaxxa.

Peró, ir-Rossoneri daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ 2-1 minn rebound ta’ Alvaro Morata (39) wara li x-xutt ta’ Rafael Leao kien imbluk­kat … biex Tijani Reijnders (73) issiġilla r-rebħa. 

Liverpool v Leverku­sen – Il-coach Xabi Alonso ma tantx kellu ritorn tajjeb f’Anfield hekk kif Bayer Leverkusen sfaw megħluba 4-0 minn Liverpool. 

Wara taqsima bla goals, Liverpool skorjaw erba’ darbiet minn lob perfett ta’ Luis Diaz (61) wara through-pass ta’ Curtis Jones u mbagħad Cody Gakpo (65) sammar il-ballun fix-xibka minn daqqa ta’ ras mill-cross ta’ Mohamed Salah. Fit-83 u fit-93 minuta, Luis Diaz issiġilla r-rebħa għar-Reds biex għaqqad  hat-trick personali.

PSV v Girona – PSV Eindhoven laqgħu lil Girona u kisbu rebħa kbira bl-iskor ta’ 4-0, bil-goals jaslu tnejn f’kull taqsima minn Ryan Flamingo (16), Malik Tillman (33), Johan Bak­ayoko (83) u minn auto-goal ta’ Ladislav Krejci (89). 

Fil-55 minuta, Girona spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Martinez Arnau (55) għal żewġ karti sofor. 

Slovan B. v Dinano Zag­reb – Dinamo Zagreb marru għand it-team ta’ qiegħ il-klassifika u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-1, permezz ta’ Dario Spikic (10), Petar Sucic (30) u doppjetta ta’ Sandro Kulenovic (54, 72) wara li David Strelec (5) fetaħ l-iskor għat-team ospitu. 

Bologna v Monaco – Barra minn darhom Monaco għelbu lil Bologna 1-0, bil-goal jasal minn Thilo Keh­rer (87). 

Borussia D. v Sturm Graz – Borussia Dortmund kel­lhom jitħabtu biex għelbu lil Sturm Graz 1-0 permezz ta’ Donyell Malen (86). 

Celtic v Leipzig – Cel­tic kisbu t-tieni rebħa meta għelbu lil Leipzig 3-1. 

Kien Christoph Baum­gartner (23) fetaħ l-iskor permezz ta’ daqqa ta’ ras minn azzjoni ta’ corner. 

Iżda Celtic dawru l-iskor minn doppjetta ta’ Nicolas-Gerrit Kuhn (35, 45) u Reo Hatate (72). 

Lille v Juventus – Lille u Juventus temmew fi draw ta’ 1-1. 

Kien Jonathan David (27) li fetaħ l-iskor għal Lille wara li rċieva mingħand Edon Zhegrova. 

Iżda fis-60 minuta, il-Bian­coneri kisbu d-draw minn penalty ta’ Dusan Vlahovic. 

Sporting v Man City – Sporting Lisbon għelbu lil Manchester City bl-iskor ta’ 4-1. 

Kien Phil Foden (4) li fetaħ l-iskor għall-Ingliżi. 

Madankollu l-Portugiżi kisbu d-draw mis-solitu Vik­tor Gyokeres (38). 

U fi tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Spor­ting dawru l-iskor favur tagħhom meta skorjaw darbtejn oħra minn Maximiliano Araujo (46) u minn penalty ta’ Viktor Gyokeres (49) wara li Josko Gvardiol ikkommeta foul fil-kaxxa fuq Trincao. 

U biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħażin għas-City Erling Haaland (69) falla penalty meta stampa l-mimduda … filwaqt li Viktor Gyokeres (81) issiġilla r-rebħa mill-11-il metru biex skorja tripletta. 

Ekonomija

Sport