Fl-istess Grimaldi Forum, f’Monaco, il-bieraħ ittellgħu wkoll il-poloz tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Conference League hekk kif din hija t-tielet edizzjoni wara s-suċċess ta’ Roma u West Ham.
Il-format tat-tlugħ tal-poloz kien wieħed l-istess fejn 32 team ġew maqsuma fi tmien gruppi.
It-Taljani Fiorentina, li kienu finalisti telliefa fl-istaġun li għadda, u l-Ingliżi Aston Villa, għandhom gruppi delikati hekk kif il-Viola se jaffrontaw lil Genk, Cukaricki u Ferencvaros b’dawn tal-aħħar kienu l-avversarji ta’ Hamrun Spartans fil-play-off … filwaqt li l-Villans se jilagħbu kontra AZ Alkmaar, Legia Warsaw u Zrinjski Mostar.
It-timijiet kollha ħlief Alkmaar, Ballkani, Bodo Glimt, Fiorentina, Gent, HJK, Maccabi Tel Aviv, PAOK, Slovan Bratislava u Zorya Luhansk, se jagħmlu d-debutt tagħhom f’din il-kompetizzjoni.
Total ta’ 28 assoċjazzjoni se jkunu rappreżentati f’din il-Fażi tal-Gruppi.
Il-poloz ittellgħu hekk:
Grupp A: Lille, Slovan Bratislava, Olimpija Ljubljana, Ki Klaksvik
Grupp B: Gent, Maccabi Tel Aviv, Zorya Luhansk, Breioablik
Grupp C: Dinamo Zagreb, Viktoria Plzen, Astana, Balkani
Grupp D: Club Brugge, Bode Glimt, Besiktas, Lugano
Grupp E: AZ Alkmaar, Aston Villa, Legia Warsaw, Zrinjski Mostar
Grupp F: Ferencvaros, Fiorentina, Genk, Cukaricki
Grupp G: Eintracht Frankfurt, PAOK Thessaloniki, HJK Helsinki, Aberdeen
Grupp H: Fenerbahce, Ludogorets Razgrad, Spartak Trnava, Nordsjalland