Meta l-bieraħ f’Nyon, l-Isvizzera, ittellgħu l-poloz tal-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League, il-holders Real Madrid se jaffrontaw lit-team tal-istess belt, Atletico Madrid. Dan wara li evitaw li jittellgħu kontra Bayern Leverkusen, li min-naħa tagħhom, se jilagħbu fid-derby Ġermaniż kontra Bayern Munich.
Il-leaders tal-Premier League Liverpool se jiffaċċjaw lil Paris St-Germain filwaqt li Arsenal se jiltaqgħu kontra PSV Eindhoven u Aston Villa jaffrontaw lil Club Brugge.
Se tkun l-ewwel darba li Liverpool jilagħbu kontra l-Pariġini mill-2018-19, meta r-Reds baqgħu sejrin biex rebħu din il-kompetizzjoni għas-sitt darba fl-istorja tal-club.
Inter, li huma l-uniku team tas-Serie A li fadal f’din il-kompetizzjoni, se jiffaċċjaw lil Feyenoord li inċidentalment eliminaw lil Milan fil-play-offs.
Ir-rebbieħa tal-konfront bejn Liverpool u Paris SG, se jiltaqgħu kontra Aston Villa jew Club Brugge fil-kwarti-finali, filwaqt li Arsenal jiltaqgħu mar-rebbieħa tad-derby ta’ Madrid … dejjem jekk jissuperaw lil PSV.
Ir-rebbieħa bejn Inter u Feyenoord jiltaqgħu kontra Bayer Leverkusen jew Real Madrid filwaqt li l-kwarti-finali l-oħra tkun bejn ir-rebbieħa … bejn Benfica u Barcelona li jiltaqgħu kontra Borussia Dortmund jew Lille.
Il-poloz tal-Aħħar 16 irriżultaw hekk:
– Paris St-Germain v Liverpool
– Real Madrid v Atletico Madrid
– Feyenoord v Inter
– Borussia Dortmund v Lille
– Club Brugge v Aston Villa
– PSV Eindhoven v Arsenal
– Bayern Munich v Bayer Leverkusen
– Benfica v Barcelona
Il-poloz tal-kwarti-finali huma:
– Paris SG /Liverpool v Club Brugge/A. Villa
– Real Madrid/Atletico M. v PSV/Arsenal
– Feyenoord/Inter v Bayern M./Leverkusen
– Borussia D./Lille v Benfica/Barcelona
Il-partiti tal-Aħħar 16 jintlagħbu bejn l-4 u l-5 ta’ Marzu u l-11 u t-12 ta’ Marzu.