Saturday, July 20, 2024

UCL: Riżultat prestiġjuż minn Marsaxlokk

Aqra wkoll

PARTIZANI TIRANA……. 1     

MARSAXLOKK …………… 1

Marsaxlokk kisbu riżultat mill-aktar inkoraġġanti bl-iskor ta’ 1-1 kontra Partizani Tirana, fl-ewwel leg tal-ew­wel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Confe­rence League biex teżisti possibbiltá kbira li jistgħu jaqtgħu l-passaġġ għar-round li jmiss.

Minkejja li t-team Albaniż gawda ħafna mill-pussess tal-ballun, ix-Xlukkajri kienu organizzati u dixxplinati biex irreżistew il-pressjoni tal-avversarji.  

Wara biss żewġ minuti, Partizani fetħu l-iskor meta VALENTINO MURATAJ għeleb in-nasba tal-offside, avvanza u antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper, Marko Drob­njak, billi xeħet fir-rokna tax-xibka.

Fl-10 minuta, Oresti Rifa dendel cross b’Tedi Cara jagħmel finta iżda Drobnjak kien attent biex iċ-ċans intilef. Żewġ minuti wara, Marsaxlokk għamlu reazzjoni iżda minn pożizzjoni ideali Leandro Aguirre xeħet barra. Fl-14-il minuta, id-difiża Xlukkajra nqabdet statika biex Christian Mba approfitta iżda x-xutt tiegħu għadda jħakkek ma’ sieq il-lasta.

Peró minuta wara, Marsaxlokk kisbu id-draw meta minn azzjoni ta’ corner, id-difiża Albaniża kklerjat qasir bil-ballun jasal għand YURI DE JESES MESSIAS li minn tarf il-kaxxa venven xutt li għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Pano Qirko.

Fil-25 minuta, kienu l-Albaniżi li heddew meta Mba ħalla l-ballun lil Tedi Cara iżda ħarablu minn sa­qajh biex Drobnjak seta’ jiġbor mingħajr periklu.

Fit-33 minuta, Partizani resqu viċin meta Murataj dendel cross li qabeż lid-difiża Maltija u Cara waħdu qud­diem Drobnjak, bir-ras xeħet f’idejn il-goalkeeper Xlukkajr. Iżda l-istess Cara ġie ssenjalat li kien f’pożizzjoni millimetrika ta’ offside.

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Marsaxlokk ħelsuha ħafif meta f’azzjoni li fiha kienu nvoluti erba’ players, spiċċat b’Paulo Buxhelaj jegħleb lil Drobjnak iżda b’xorti tajba l-ballun għadda tul il-lasti u għadda jħakkek ma’ sieq il-lasta.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, Drobnjak kien providen­zjali meta salva lit-team tiegħu minn daqqa ta’ ras ta’ Cara mill-cross ta’ Andi Hadroj.

Fis-70 minuta, f’attakk korali Murataj għadda lejn Rrapaj li ġibed għan-nofs u b’xutt fil-baxx ra l-konklużjoni tiegħu tispiċċa barra.

Fil-81 minuta, Goularte Do Nascimento kien għoddu skorja l-goal tar-rebħa għal Marsaxlokk meta waħdu ra lill-goalkeeper Qirko jdawwar f’corner.

PARTIZANI: 60-Pano Qirko, 5-Altin Bytyqi, 14-Maguette Gueye, 21-Valentino Murataj (7-Adnard Mehmeti 82), 22-Tedi Cara (24-Archange Bintsouka 74), 23-Marcelino Preka, 26-Paulo Buxhelaj (33-Vangjel Zguro 82), 28-Oresti Rifa (11-Agim Zeka 62), 44-Andi Hadroj, 90-Christian Mba (29-Rodrigo Piloto 62), 99-Arinaldo Rrapaj – Coach: Orges Shehi

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 3-Jefferson Santos, 4-Karl Micallef, 6-Nikolai Muscat, 9-Patrick Carvalho Nonato (96-Igor Leandro Goularte Do Nascimento 74), 10-Yuri de Jesus Messias (94-Guttiner Heider Fernando Costa Tenorio 89), 22-Lopez Dessypris, 23-Alex De Aguiar Gomes 27-Leandro Aguirre, 28-Nikola Roden, 30-Ryan Scicluna – Coach: Winston Muscat

REFEREE: Roman Jitari (Moldova)

ASS. REFEREES: Vlad Lifciu, Andrei Bodean (Moldova)

RABA’ UFF: Igor Bosca (Moldova)

SKORERS: V. Murataj 2 (PT); Y. Messias 15 (M)

AMMONITI: A. Gomes, I. Goularte, L. Aguirre (M); A. Zeka (PT)

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport