Thursday, November 14, 2024

UCL: Teddy Teuma magħżul l-aħjar player kontra Rangers

Aqra wkoll

It-tamiet taċ-Champions Lea­gue ta’ Rangers jinsabu fid-dubju wara li dawn sfaw megħluba 2-0 minn Union Saint-Gilloise tal-Belġju.

Il-bidu pożittiv tal-viżita­turi evapora meta l-internazzjonali Malti, Teddy Teuma, kellu wisq spazju fil-kaxxa biex jiftaħ l-iskor fis-27 mi­nuta.

Imbagħad, wara verifika mill-VAR meqjusa li Connor Goldson kien mess il-ballun b’idu fil-kaxxa, Dante Vanzeir issiġilla r-rebħa mill-11-il metru fs-67 minuta.

Il-vantaġġ tal-Belġjani seta’ kien ikbar li kieku ma kienx għal save kbir tal-goalkeeper Jon McLaughlin li ċaħħad lil Vanzeir meta ġie wiċċ imb’wiċċ miegħu, filwaqt li James Tavernier ikklerja daqqa ta’ ras minn fuq il-linja fil-ħin miżjud.

Ir-rebbieħa se jiffaċċjaw lil Monaco jew lil PSV Eindhoven għal post fil-fażi tal- gruppi, wara li ż-żewġ timijiet spiċċaw fi draw ta’ 1-1 fl-ewwel leg fi Franza.

Għall-wirja li pproduċa u għall-goal li skorja, Teddy Teuma, ġie magħżul il-Player tal-Logħba, xi ħaġa li tagħti spinta lilu kif ukoll lit-team nazzjonali li tiegħu hu­­wa għażla regolari meta hu­wa wkoll wieħed mill-aħjar players li għandu għad- dispożizzjoni tiegħu l-coach nazzjonali, Devis Mangia.

Ekonomija

Sport