Tuesday, April 23, 2024

Waterpolo: Marsaskala jirbħu n-Knock-Out tal-Ewwel Diviżjoni

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Valletta……………… 7

Marsaskala…………. 9

(1-4, 2-2, 2-2, 2-1)

Marsaskala rebħu n- Knock-Out tal-Ewwel Diviż­joni meta fil-finali għelbu lir-rivali Valletta bl-iskor ta’ 9-7.

L-ewwel sessjoni kienet detrimentali għall-Beltin hekk kif tilfuha b’distakk ta’ tliet goals.

Dan hekk kif mit-tieni sessjoni ‘l quddiem, il-Beltin żammew il-pass mal-Iskalin. Għall-Iskalin spikka Malcolm Manara li rreġistra hat-trick personali.

Marsaskala għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 4-1, bil-goals jaslu minn Jake Ciantar, Mark Carani, Raoul Greco u Malcolm Manara. Reinhard Attard skorja l-goal waħdani għal Valletta.

It-tieni taqsima spiċċat fi draw ta’ 2-2 fejn Daniel Paolellla u Michele Mifsud skorjaw għall-Beltin filwaqt li  Malcolm Manara u Mark Carani wieġbu għall-Iskalin.

It-tielet sessjoni wkoll intemmet bl-iskor indaqs ta’ 2-2, b’Jean Claude Cutajar u Malcolm Manara jsibu x-xibka għal Marsaskala waqt li Matteo Cacici u Michele Mifsud wieġbu għal Valletta.

It-team immexxi mill-coach Ungeriż Arpad Babay irritorna għar-rebħ fir-raba’ u l-aħħar sessjoni meta għamel dan bl-iskor ta’ 2-1 bl-iskorers għalihom ikunu Reinhard Attad u Zachary Micallef.

L-uniku goal għall-Iskalin wasal minn Jean Claude Cutajar.

Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia, 3-Matthew Pace, 4-Matteo Cacici (1), 5-Sebi Busuttil, 6-Zachary Micallef (1), 7-Daniel Paolellla (1), 8-Michele Mifsud (2), 9-Stephen Micallef, 10-Andrea Agius, 11-Keith Galea, 12-Kyle Cremona, 13-Andrea Bugeja, 14-Reinhard Attard (2), 15-Luca Felice – Coach: Joe Cremona

Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar (2), 3-Ayrton Camenzuli, 5-Raoul Greco (1), 6-Gianluca Galea, 7-Kyle Navarro, 8-Malcolm Manara (3), 9-David Pace Lupi, 10-Gerald Sammut, 11-Jake Ciantar (1), 12-Mark Carani (2), 13-Aidan Muscat, 14-Stefano Fava, 15-Lucas Falzon – Coach: Arpad Babay

Referees: Francesco Romolini, Ronnie Spiteri

Sport