Thursday, November 5, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Arsenal kellhom jitħabtu biex għelbu lil Slavia Prague 2-1

UEFA Champions League: Arsenal kellhom jitħabtu biex għelbu lil Slavia Prague 2-1

0
48

Arsenal kisbu rebħa ta’ 2-1 barra minn darhom kontra Slavia Prague, f’partita li kellha tmiem eċċitanti.

Kien Noni Madueke li fetaħ l-iskor fid-disa’ minuta wara li rċieva l-ballun mingħand Viktor Gyokeres u għeleb lill-goalkeeper Nazar Domchak. Fit-38 minuta, Gyokeres irdoppja b’xutt mill-aqwa wara li bidel il-ballun ma’ Mikel Merino.

Slavia wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima u komplew jippressaw lil Arsenal, iżda sabu lil David Raya u d-difiża Ingliża attenti. Fit-90 minuta, Wiktor Nowak naqqas id-distakk, iżda Arsenal żammew il-vantaġġ sal-aħħar.

Din kienet is-seba’ rebħa ta’ Arsenal fl-aħħar għaxar logħbiet barra minn darhom fiċ-Champions League, filwaqt li komplew is-sensiela pożittiva kontra timijiet Ċeki.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here