Wednesday, November 4, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Real Madrid jegħlbu lil AEK Athens fil-ħin miżjud

UEFA Champions League: Real Madrid jegħlbu lil AEK Athens fil-ħin miżjud

0
57

Real Madrid kisbu rebħa drammatika ta’ 3-2 kontra AEK Athens f’partita mill-UEFA Champions League. 

It-tim Grieg fetaħ l-iskor fit-12-il minuta permezz ta’ Aboubakary Koita, iżda Jude Bellingham kiseb id-draw għal Real Madrid fit-32 minuta. 

AEK reġgħu marru fil-vantaġġ fil-75 minuta permezz ta’ Stavros Pilios, iżda Kylian Mbappé wieġeb tliet minuti wara biex għamel l-iskor 2-2. 

Meta kollox deher li dan il-konfront kien se jintemm fi draw, Federico Valverde skorja l-goal tar-rebħa fit-92 minuta b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa. 

AEK temmew il-partita b’10 plejers wara t-tkeċċija ta’ Koita fil-ħin miżjud.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here