Wednesday, November 4, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Fenerbahce b’rebħa drammatika fuq Liverpool

UEFA Champions League: Fenerbahce b’rebħa drammatika fuq Liverpool

0
62

Fenerbahce kisbu rebħa drammatika ta’ 3-2 fuq Liverpool f’Istanbul biex taw leat-tim Ingliż l-ewwel telfa f’din l-edizzjoni tal-UEFA Champions League. 

Trey Nyoni fetaħ l-iskor għal Liverpool fil-25 minuta, iżda Mason Greenwood kiseb id-draw erba’ minuti wara. 

Alexander Isak reġa’ poġġa lill-Ingliżi fil-vantaġġ fid-69 minuta, iżda Archie Brown għamilhom 2-2 fit-73 minuta. 

Sitt minuti wara, Vedat Muriqi skorja l-goal tar-rebħa b’daqqa ta’ ras minn cross ta’ Brown. 

Liverpool ippruvaw jagħmlu reazzjoni iżda sabu quddiemhom difiża organizzata.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here