Thursday, October 22, 2026
Home Sport UEFA Champions League: Draw ġust bejn Bayern Munich u Arsenal

UEFA Champions League: Draw ġust bejn Bayern Munich u Arsenal

0
51

Bayern Munich laqgħu lil Arsenal u temmew fi draw ġust f’partita mill-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Champions League. 

Minkejja li Bukayo Saka kellu joħroġ imweġġa’ wara biss għaxar minuti, Arsenal fetħu l-iskor permezz ta’ Eberechi Eze (25), li kkonkluda b’volley preċiż wara pass sabiħ ta’ Martin Odegaard.

Bayern wieġbu qabel il-mistrieħ meta Alphonso Davies (35) skorja wara assist ta’ Harry Kane. Fit-tieni taqsima, Kane (61) poġġa lill-Bavarjani fil-vantaġġ minn penalty wara li Jurrien Timber mess il-ballun b’idu fil-kaxxa.

Meta Bayern dehru qrib ir-rebħa, Declan Rice salva punt għal Arsenal b’xutt fil-baxx wara azzjoni mibdija mis-sostitut Viktor Gyokeres.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here