Il-coach ta’ Arsenal, Mikel Arteta, esprima tħassib dwar l-injury muskolari fil-koxxa li sofra Bukayo Saka fid-draw ta’ 2-2 kontra Bayern Munich fiċ-Champions League.
Il-winger ħareġ imweġġa’ wara 10 minuti u ġie sostitwit minn Eberechi Eze. Arteta qal li l-injury ma tidhirx tajba, iżda jeħtieġu aktar testijiet biex jiddeterminaw il-gravitá tagħha.
Saka dan l-aħħar kellu diversi problemi fiżiċi, fosthom fil-pexxul u fil-hamstring. Minkejja dawn l-ostakli, huwa baqa’ figura importanti għal Arsenal, li s-sena l-oħra rebaħ il-Premier League.




