Hekk kif Michael Carrick jidher li se jitlef postu fit-tmexxija tat-team ta’ Manchester United, teżisti possibbiltá kbira li l-Ġermaniż, Julian Nagelsmann, se jkun il-coach li jmiss wara li r-rappreżentanti tiegħu ġew ikkuntattjati mid-diriġenti tar-Red Devils.
Il-Ġermaniż, li mexxa lil Bayern Munich u RB Leipzig, jinsab bla impjieg wara li rriżenja minn coach tat-team nazzjonali tal-Ġermanja wara t-Tazza tad-Dinja.
Nagelsmann rebaħ żewġ trofej fl-ewwel staġun tiegħu ma’ Bayern, fosthom il-Bundesliga, iżda tkeċċa qabel tmiem l-istaġun 2022/23.
Jidher li l-Ġermaniż ta’ 39 sena, ilu jiġi segwit mill-United u kien ukoll kandidat ikkunsidrat qabel il-ħatra permanenti ta’ Michael Carrick.
Min-naħa tal-coach Taljan, Antonio Conte, jinsab lest jieħu t-tmexxija jekk jirċievi offerta, għalkemm s’issa ma sar l-ebda kuntatt miegħu.




