Como kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fuq AEK Athens fil-fażi tal-kampjonat tal-Champions League, grazzi għal goal mill-isbaħ ta’ Luis Milla fis-57 minuta.
It-team immexxi mill-coach, Cesc Fabregas, iddomina l-pussess tal-ballun fl-ewwel taqsima u kellu opportunità tad-deheb biex jiftaħ l-iskor fid-29 minuta, iżda Lucas Da Cunha falla penalty.
AEK wieġbu lejn tmiem l-ewwel taqsima, iżda l-goalkeeper ta’ Como, Robert Sanchez, wettaq żewġ saves importanti biex żamm lil sħabu fil-logħba.
Fis-57 minuta, Como fetħu l-iskor … wara pass ta’ Martin Baturina, Milla fajjar b’xutt mill-isbaħ minn barra l-kaxxa li spiċċa fir-rokna tas-saqaf tax-xibka.
Nico Paz kellu wkoll xutt li ħabat mal-lasta hekk kif Como bdew ifittxu t-tieni goal.
B’dan is-suċċess, Como kisbu r-raba’ rebħa minn ħames logħbiet fil-fażi tal-kampjonat, filwaqt li AEK sofrew r-raba’ telfa.





