Thursday, August 27, 2026
Home Sport UEFA Champions League – Illum jitilgħu l-poloz tal-Fażi tal-Kampjonat

UEFA Champions League – Illum jitilgħu l-poloz tal-Fażi tal-Kampjonat

0
46

It-tlugħ tal-poloz tal-Fażi tal-Kampjonat għall-ista­ġun taċ-Champions League 2026-27 se jsir illum il-Ħamis, fis-6.00 pm f’Monaco.

Total ta’ 36 team se jidħlu f’dan l-istadju tal-kompetiz­zjoni u filwaqt li 29 team ikkwalifikaw fi tmiem l-istaġun li għadda, is-seba’ postijiet li kien fadal ġew deċiżi minn kwalifiki li ntemmu lbieraħ filgħaxija.

Fil-Fażi tal-Kampjonat, kull team se jiffaċċja tmien ti­mijiet differenti darba, b’erba’ logħbiet f’darhom u erba’ logħbiet barra minn darhom.

Għat-tlugħ tal-poloz, is-36 team se jitqiegħdu f’erba’ gruppi b’wieħed ikun l-ogħla kklassifikat u erbgħa jkunu aktar baxxi.

Il-pożizzjonijiet tal-gruppi huma bbażati fuq il-klassifika tal-koeffiċjent tal-club tal- UEFA mill-perjodu ta’ ħames staġuni li ntemmu fi tmiem l-2025-26.

Kull team se jiffaċċja żewġ timijiet minn kull wieħed mill-erba’ gruppi u ma jistax jiffaċċja team mill-istess paj­j­iż bħalu. It-timijiet li jis­piċċaw fl-ewwel tmienja jikkwalifikaw għar-Round tas-16 taċ-Champions League.

Dawk bejn id-9 u l-24 se jidħlu fir-round tan-knockout tal-play-off. It-12-il team ikklassifikati bejn il-25 u s-36 post se joħorġu mill-kompetizzjoni meta titlesta l-Fażi tal-Kampjonat.

Filwaqt li l-aħħar seba’ postijiet fil-Fażi tal-Kampjonat taċ-Champions League 2026-27 ġew deċiżi, id-29 team l-oħra huma konfermati.

Il-maġġoranza ta’ dawk id-29 diġá jafu f’liema grupp se jkunu.

Id-disa’ timijiet f’kull wie­ħed mill-ewwel żewġ gruppi huma konfermati.

Il-clubs tal-Premier Lea­gue, Liverpool, Manchester City u Arsenal kollha jinsabu fl-ewwel grupp flimkien mar-rebbieħa konsekuttivi taċ-Champions League, Paris St-Germain, Bayern Munich, Real Madrid, Inter, Barcelona u Atletico Madrid.

Aston Villa u Manchester United it-tnejn jirritornaw fiċ-Champions League dan l-istaġun wara li ma kinux preżenti s-sena l-oħra. Huma fit-tieni grupp ma’ Borussia Dortmund, Roma, Sporting CL, Porto, Club Brugge, Real Betis u PSV Eindhoven.

Nhar it-Tlieta kisbu post fil-poloz Sabah FK li għelbu lil Hapoel Beer Sheva 5-2 (agg: 6-4); Bodo/Glimt elimi­naw lil NEC Breda 3-0 (agg: 6-1) u LASK Linz lil Celtic 5-1 (agg: 5-4).

Kif se jkunu t-timijiet f’kull Pot:

Pot 1

– Paris St-Germain (Franza)

– Bayern Mun. (Ġermanja)

– Real Madrid (Spanja)

– Liverpool (Ingilterra)

– Inter Milan (Italja)

– Man City (Ingilterra)

– Arsenal (Ingilterra)

– Barcelona (Spanja)

– Atletico Madrid (Spanja)

Pot 2

– B. Dortmund (Ġermanja)

– Roma (Italja)

– Sporting (Portugall)

– Aston Villa (Ingilterra)

– Porto (Portugall)

– Man United (Ingilterra)

– Club Brugge (Belġju)

– Real Betis (Spanja)

– PSV Eindhoven (Olanda)

Pot 3

– Feyenoord (Olanda)

– Lille (Franza)

– Napoli (Italja)

– RB Leipzig (Ġermanja)

– Villarreal (Spanja)

– Shakhtar Donetsk (Ukrajna)

– Galatasaray (Turkija)

– Fenerbahce (Turkija)/Lyon (Franza)

Pot 3 jew 4

– Bodo/Glimt (Norveġja)

– D. Zagreb (Kroazja)/Viking (Norveġja)

– LASK Linz (Awstrija)

– Slavia Prague (Rep. Ċeka))

Pot 4

– Slovan B. (Slovakja)/Celje (Slovenja)

– VfB Stuttgart (Ġermanja)

– Levski S. (Bulgarija)/AEK (Greċja)

– Como (Italja)

– Lens (Franza)

– Sabah (Azerbaijan)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here