Friday, November 27, 2026
Home Sport UEFA Conference League: Atalanta jiskorjaw tliet goals fl-aħħar minuti

UEFA Conference League: Atalanta jiskorjaw tliet goals fl-aħħar minuti

0
32

Atalanta kisbu rebħa drammatika ta’ 3-2 kontra Borac Banja Luka fil-UEFA Conference League, wara li skorjaw tliet goals fl-aħħar minuti biex dawru żvantaġġ ta’ żewġ goals.

Borac dehru viċin rebħa memorabbli meta Luka Juricic fetaħ l-iskor fit-22 minuta, qabel Matej Deket irdoppja l-vantaġġ tmien minuti wara. Atalanta kellhom aktar pussess, iżda l-Bosnijaċi kienu effettivi u daħlu jistrieħ b’vantaġġ komdu.

Atalanta żiedu l-pressjoni fit-tieni taqsima u Nikola Krstovic naqqas id-distakk fid-86 minuta b’daqqa ta’ ras wara cross ta’ Raoul Bellanova.

Borac spiċċaw b’disa’ players wara t-tkeċċijiet ta’ Abel Pascual u Sebastian Herrera, u Atalanta sfruttaw is-superjorità numerika.

Sead Kolasinac kiseb il-paritá fid-90 minuta, qabel Davide Zappacosta skorja l-goal tar-rebħa fir-raba’ minuta tal-ħin miżjud, biex Atalanta għamlu rimonta straordinarja u ħadu t-tliet punti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here