Friday, November 27, 2026
Home Sport UEFA Europa League: Sunderland miżmuma f’darhom wara żball difensiv

UEFA Europa League: Sunderland miżmuma f’darhom wara żball difensiv

0
34

Sunderland kellhom jikkuntentaw b’punt wara draw ta’ 1-1 kontra l-Pollakki ta’ Jagiellonia Białystok fl-Istadium of Light fil-UEFA Europa League, hekk kif żball difensiv ċaħħadhom mir-rebħa.

Sunderland kellhom l-aħjar opportunitajiet fl-ewwel taqsima, iżda l-goalkeeper Slawomir Abramowicz żamm lil Jagiellonia fil-logħba b’bosta saves importanti.

Il-Black Cats fetħu l-iskor żewġ minuti wara l-intervall, meta Timur Tutierov daħal tajjeb għal cross ta’ Enzo Le Fée u skorja bir-ras fis-47 minuta.

Madankollu, il-vantaġġ dam biss ħames minuti. Pass lura dgħajjef ta’ Reinildo ġie interċettat minn Kamil Jozwiak, li qabeż lil Robin Roefs u xeħet il-ballun fix-xibka vojta biex kiseb id-draw.

Sunderland ippressaw għall-goal tar-rebħa, iżda ma rnexxielhomx isibu sabu quddiemhom difiża organizzata filwaqt li Roefs għamel saves importanti biex evita li Jagiellonia jieħdu t-tliet punti.

Id-draw ħalla lil Sunderland fit-13-il post bi tmien punti minn ħames logħbiet, filwaqt li Jagiellonia telgħu fit-30 post b’erba’ punti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here