Sunday, May 5, 2024

UEFA Conference League: Gzira United juru karattru u qalb kbira

Aqra wkoll

Radnicki Nis ….. 3

Gzira United ….. 3

(Aggregate 5-5 … Gzira U. 3-1 bil-penalties)

Gzira United kitbu paġna ġdida fl-istorja tal-club meta għall-ewwel darba kkwalifikaw għat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League.

Huma wrew karattru u qalb kbira hekk kif dehru darbtejn qrib l-eliminazzjoni … iżda kisbu d-draw fil-ħin miżjud tal-logħba u tliet minuti mit-tmiem tal-ħin barrani.  

Fi Gradski Stadium huma għelbu lil Radnicki Nis 3-1 bl-għoti tal-penalties wara draw ta’ 3-3 għal aggregate ta’ 5-5 … biex issa jilagħbu kontra Wolfsberger tal-Awstrija.

Wara kwarta logħob, it-team ospitu fetaħ l-iskor meta mill-corner ta’ Lazar Jovanovic, Anton Tolordava kkonkluda mill-viċin. Iżda ma tantx damu jifirħu b’dan il-goal meta ftit sekondi wara Jefferson De Assis kiseb id-draw għall-Maroons.

Fis-77 minuta, Sava Petrov xeħet lil Radnicki fil-vantaġġ u meta kollox deher li kienu se jirbħu dan il-konfront, De Assis kiseb id-draw fit-13-il minuta tal-ħin miżjud biex il-logħba kellha tmur għall-ħin barrani.

Filwaqt li Aleksandr Pejovic (102) poġġa lit-team ospitu fil-vantaġġ, Maxuell Maia (117) kiseb id-draw għall-Gżirjani wara li tliet minuti qabel ġie mċaħħad mil-lasta … biex kel­lhom jingħataw il-penalties li minnhom il-Maroons rebħu 3-1 b’Maxuell, Mendoza u Pisani jiskorjaw mill-11-il metru.

Radnicki: 99-Filip Dujmovic, 11-Nikola Stulic (7-Branislav Tomic 63), 15-Aleksandar Pejovic, 20-Lazar Arsic (69-Aleksandar Mesarovic 62), 21-Stefan Dimic (18-Ryohei Michibuchi 63), 28-Nemanja Jovicic (22-Ajdar Ognjen 101), 37-Anton Tolordava, 50-Lazar Jovanovic, 76-Maka Gakou, 88-Nemanja Petrov, 93-Nikola Aksentijevic  – Coach: Tomislav Sivic

Gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 5-Luke Tabone (47-Brooklyn Borg 89), 6-Nikolai Muscat (7-Steve Pisani 95), 8-Zachary Scerri (11-Emmanuel Mbong 90) (4-Andrew Borg 120), 9-Marcelo Dias, 17-Clive Gauci (98-Jackson Mendonza 66), 22-Toni Kolega (91-Maxuell Maia 66), 23-Ricardo Correa Duarte, 44-Marko Cosic, 94-Jefferson De Assis – Coach: Darren Abdilla

Referee: Andrei Chivulete (Rumanija)

Assistenti: Sebastian Gheorghe, Andrei Gabriel Constantinescu (Rumanija)

Raba’ Uffiċjal: Iulian Calin (Rumanija)

Skorers: A. Tolordava 15, S. Petrov 77, A. Pejovic 102 pen (R); J. De Assis 15, 90+13, Maxuell 117 (GU)

Ammoniti: N. Jovicic, M. Gakou, A. Pejovic, S. Petrov (R); R. Duarte, N. Muscat, C. Gauci, S. Pisani, Jefferson (GU)

Sport