Tuesday, May 14, 2024

UEFA Conference League: Illum Hibernians jilagħbu kontra Levadia Tallinn

Aqra wkoll

Hibernians illum ikunu  fl-azzjoni meta fit-tieni round ta’ kwalifi­kaz­zjoni tal-UEFA Confe­rence League jaffrontaw lil Levadia Tallinn tal-Estonja, fis- Centenary Stadium.

Il-Pawlisti għadhom ġej­jin mill-eliminazzjoni mill- ewwel round ta’ kwalifikaz­zjoni tal-UEFA Champions League meta sfaw megħluba b’aggregate ta’ 3-0 kontra Shamrock Rovers tal-Irlanda.

Wara telfa ta’ 3-0 f’Dublin, fil-veritá t-team Malti kellu muntanja quddiemu fit-tentattiv li jirkupra dan l-iżvantaġġ … hekk kif fit-tieni leg, l-Irlandiż ‘bnew ħajt’ li qatt ma ġie megħlub. 

L-avversarji ta’ Hiber­nians huma Levadia Tallinn,  li spiċċaw fl-ewwel post tal- kampjonat domestiku biex rebħu t-titlu għall-għaxar darba fl-istorja tal-club. 

Bħalissa, il-kampjonat fl- Estonja jinsabu fid-19-il ġurnata tiegħu  u proprju Levadia jinsabu fit-tieni post, żewġ punti wara r-rivali eterni, Flora Tallinn. 

It-team huwa mmexxi minn Ivan Stojkovic, coach Serb li ilu jmexxi lit-team mill-bidu ta’ dan ix-xahar hekk kif ftit ilu kellu fit-tmun it-team ta’ Taħt il-21 sena. 

Sadanittant, player li qed jiġbed l-attenzjoni huwa l-attakkant minn Georgia, Za­karia Beglarishvili, li skor­ja 14-il goal staġjonali u jinsab fil-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers fil-kampjonat.

Il-fatt li Levadia jinsabu f’nofs l-istaġun jista’ jkun fattur favur tagħhom  meta wieħed iqis li Hibernians għadhom ma bdewx jilagħbu fil-kampjonat hekk kif se jibda fix-xahar id-dieħel. 

Il-coach il-ġdid ta’ Hibernians Andrea Pisanu se jkun qed imexxi lit-team minn fuq il-bank għat-tieni logħba tiegħu fejn għall-inqas kellu ċ-ċans jara aħjar lill- players tiegħu wara li aktar qabel Stefano Sanderra ħalla lit-team biex imur jaħdem mat-team taż-żgħażagħ ta’ Lazio. 

Madankollu, id-difensuri Ferdinando Apap u Andrei Agius u l-player ta’ nofs il-ground Bjorn Kristensen għadhom sospiżi.

Il-coach Taljan huwa konxju mill-fatt li se tkun partita diffiċli kontra team li għandu  kundizzjoni fiżika ferm aħjar. Huwa mistenni jilgħab bl-istess formazzjoni li affrontat lil Shamrock Rovers f’pajjiżna u qed iħeġ­ġeġ lill- players tiegħu sabiex jieħdu vantaġġ mill-fatt li se jilagħbu f’Malta.

Din hija t-tielet darba li Hibernians se jilagħbu kontra team mill-Estonja meta fiż-żewġ okkażjonijiet pre­ċedenti huma lagħbu fil- UEFA Champions League kontra FCI Tallin fejn ikkwalifikaw b’aggregate ta’ 3-0 (2-0, 1-0) u fl-istaġun li għadda kontra Flora Tallinn fejn ġew eliminati b’aggregate ta’ 5-0 (2-0, 3-0). 

Il-logħba se tintlagħab fis-Centenary Stadium u tibda fit-8.00 pm.

Sport