Friday, November 27, 2026
Home Sport UEFA Europa League: Bayer Leverkusen jirritornaw għar-rebħ

UEFA Europa League: Bayer Leverkusen jirritornaw għar-rebħ

0
50

Bayer Leverkusen irritornaw għar-rebħ fil-UEFA Europa League wara li għelbu lil Dinamo Zagreb 2-0 barra minn darhom fl-Istadium Maksimir.

It-team Ġermaniż fetaħ l-iskor fl-10 minuta permezz ta’ Malik Tillman, li approfitta minn ballun li Dinamo ma rnexxilhomx jikklerjaw wara corner.

Leverkusen irduppjaw l-iskor ftit qabel il-mistrieħ, meta Jarell Quansah sab ix-xibka fil-45 minuta wara kombinazzjoni tajba ma’ Moussa Diaby u Ibrahim Maza.

Dinamo ppruvaw jirreaġixxu fit-tieni taqsima u żiedu l-pressjoni, iżda Mark Flekken wettaq save importanti biex ċaħħad lil Dion Beljo.

Leverkusen baqgħu perikolużi fil-kontrattakki, b’goal ta’ Moussa Diaby jitħassar minħabba offside.

It-team Ġermaniż iddefenda tajjeb fl-aħħar minuti biex kiseb tliet punti importanti u reġa’ qabad ir-ritmu wara t-telfa preċedenti kontra Marseille.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here