Juventus ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Rennes fit-tielet ġurnata tal-fażi tal-kampjonat tal-UEFA Europa League, f’partita li ntlagħbet f’Turin.
Zeki Celik poġġa lil Juventus fil-vantaġġ fil-ħames minuta, iżda Mousa Al-Tamari kiseb id-draw għal Rennes fil-15-il minuta. Boulaye Dia skorja minn penalty fit-43 minuta biex it-team Franċiż daħal jistrieħ fil-vantaġġ.
Madankollu Nick Woltemade kiseb il-paritá għal Juventus fis-67 minuta, iżda t-team Taljan ma rnexxilux isib il-goal tar-rebħa u kellu jikkuntenta b’punt wieħed … għalkemm fit-88 minuta, Jhon Lucumi, ħaseb li ta r-rebħa lill-Bianconeri iżda l-goal tiegħu ġie annullat minħabba pożizzjoni ta’ offside.





