Thursday, October 22, 2026
Home Sport Malta Premier League: Birkirkara u Floriana jieħdu punt kull wieħed fi draw...

Malta Premier League: Birkirkara u Floriana jieħdu punt kull wieħed fi draw ġust

0
55
Ritratt: Mark Mangion

Minn Cristian Muscat

BIRKIRKARA……….. 1

FLORIANA……………1

F’konfront entużjażmanti, Birkirkara u Floriuana temmew il-konfront ta’ bej­niethom fi draw ġust ta’ 1-1, biż-żewġ goals li jaslu fi spazju ta’ 12-il minuta kmieni fl-ewwel taqsima.

Dan kien it-tielet draw konsekuttiv għal Floriana, fejn min-naħa l-oħra ta’ nota huwa l-fatt li Birkirkara rebħu logħba waħda biss mill-aħħar seba’ logħbiet, b’din tkun dik li kisbu nhar it-18 ta’ Settembru li għadda kontra Zabbar SP bl-iskor ta’ 2-0.

Il-Karkariżi ma setgħux kellhom bidu aħjar minħabba li fl-ewwel periklu li ħolqu, wara biss erba’ minuti, huma fetħu l-iskor meta FRANKLIN SASERE minn ġol-kaxxa spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka, biex irnexxielu jiskorja proprju kontra l-eks team tiegħu, u ta vantaġġ bikri lill-Isripes.

Iżda Floriana wettqu reaz­zjoni mill-aqwa u fis-16-il minuta għamlu l-iskor indaqs meta wara li rċieva minn cross perfett mix-xellug, l-attakkant mill-Bosnja Herzegivina KENAN DERVISAGIC kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u mill-viċin ma kellu l-ebda diffikutá biex jixħet il-ballun fix-xibka.

L-Istripes resqu viċin li jerġgħu imorru fil-vantaġġ fis-27 minuta meta l-awtur tal-goal tagħhom, Sasere, venven xutt fil-baxx u angolat kważi minn tarf il-kaxxa li ħareġ l-aħjar tal-goalkeeper tal-Greens, Guilherme Cio­letti, li dawwar f’corner bi bravura. 

Il-partita kompliet tisbieħ u fit-32 minuta, l-awtur tal-goal Furjaniż Dervisagic kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tintemm  ftit barra, b’Birkirkara jeħilsuha ħafif.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara ħarġu ferm aggressivi u fil-55 minuta, wara li rċieva minn cross fil-baxx mix-xellug, Louis Pahama għamel l-impossibbli u minn pożizzjoni ferm ideali tefa’ għoli.

Huma komoplew jippressaw u fis-67 minuta, Sasere, ittanta xortih peremzz ta’ xutt mill-ewwel mid-distanza li ġie mxellef għal corner mill-goalkeeper, Cioletti.

Floriana wieġbu fil-81 minuta meta l-attakkant Paul Mbong, venven xutt b’saħħtu mill-viċin li iżda sab lill-goalkeeper mill-Kamerun ta’ Birkirkara, Fabrice Ondoa, attent li salva bi bravura.

Birkirkara ħolqu l-periklu ħames minuti wara meta free-kick insidjuż iżda ċentrali ta’ Pablo Gabriel ġie salvat tajjeb minn Cioletti.

Floriana tilfu ċans tad- deheb li jiskorjaw il-goal tar-rebħa fil-ħin miżjud meta free-kick mill-isbaħ minn pożizzjoni angolata ta’ Carlo Zammit Lonardelli, għadda jħakkek mal-mimduda.

L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem il-partita, biż-żewġ ti­mijiet jiksbu punt kull wieħed.

Birkirkara: Fabrice Ondoa, Wesley Bernardo Frazan, Rafael Vicente Ferreira (Kemar Reid 71), Louis Pahama (Alexander Dordevic 71), Zach Muscat, Franklin Sasere, Keith Brewer Shat Jr, Gabriel Sousa Alves, Jake Vassallo, Aleandro Garzia, Junior De Souza (Jan Busuttil 84)   – Coach: Paul Zammit

Floriana: Guilherme Cioletti, Mylles Beerman, Alexandre Martins De Paula, Paul Mbong, Kenan Dervisagic (Amar Drina 79), Alen Kurtalic, Manuel Gaston Romano, Owen Spiteri, Carlo Zammit Lonardelli, Yasine Jbira (Tomislav Gudelj 54), Stephen Odey (Robert Muric 91)   – Coach: Jean Paul Desira 

Referee: Ishmael Barbara

assistenti: James Muscat, Duncan Spencer

Raba’ Uff.: Glen Tonna

Skorers: F. Sasere 4 (B), K. Dervisagic 16 (F)

Ammoniti: W. B. Frazan, F. Sasere (B)

Player tal-Logħba: Aleandro Garzia (Birkirkara)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here