Sunday, November 15, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Id-Danimarka jikkwalifikaw għall-kwarti-finali b’rebħa kbira fuq il-Portugall

UEFA Nations League: Id-Danimarka jikkwalifikaw għall-kwarti-finali b’rebħa kbira fuq il-Portugall

0
30

Id-Danimarka kisbet rebħa impressjonanti ta’ 4-1 kontra l-Portugall fil-UEFA Nations League, fi Braga, u temmet ir-rekord perfett tal-Portugiżi fi Grupp A4.

Il-partita mmarkat bidu diżappuntanti għal era ġdida għall-Portugall wara l-irtirar ta’ Cristiano Ronaldo mit-team nazzjonali. Qabel il-bidu tal-konfront, ingħata tislima lill-eks captain  leġġendarju.

Pierre-Emile Hojbjerg fetaħ l-iskor fit-43 minuta minn penalty, filwaqt li Rasmus Hojlund skorja darbtejn fil-49 u s-57 minuta.

Joachim Andersen żied ir-raba’ goal fil-75 minuta b’daqqa ta’ ras.

Bernardo Silva skorja goal ta’ konsolazzjoni fil-ħin miżjud, iżda ma setax jevita t-telfa Portugiża.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here