Sunday, November 15, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Ir-Rumanija tirreġistra l-ewwel rebħa

UEFA Nations League: Ir-Rumanija tirreġistra l-ewwel rebħa

0
30

Ir-Rumanija kisbet rebħa importanti ta’ 2-1 kontra l-Polonja fil-UEFA Nations League, f’Bucharest, biex irreġistrat l-ewwel rebħa tagħha fil-kompetizzjoni.

Wara li l-ewwel taqsima ntemmet mingħajr goals, ir-Rumeni fetħu l-iskor  fit-68 minuta permezz ta’ Alexandru Cicaldau, li sab ix-xibka wara li l-ballun iddevja minn fuq difensur.

Erba’ minuti wara, Dennis Man irdoppja l-vantaġġ wara azzjoni veloċi ta’ kontrattakk, b’assistenza ta’ Daniel Birligea.

Il-Polonja naqqset id-distakk fit-82 minuta meta Marcel Reguła skorja b’daqqa ta’ ras mill-viċin.

Madankollu, ir-Rumanija żammet il-vantaġġ sal-aħħar u ħadet tliet punti importanti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here