L-Isvezja kisbet rebħa drammatika ta’ 3-2 kontra l-Bosnja u Herzegovina fil-UEFA Nations League, fi Stokkolma, minkejja reazzjoni qawwija mill-avversarji fit-tieni taqsima.
L-Isvediżi fetħu l-iskor wara biss ħames minuti permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Daniel Svensson, minn cross ta’ Anthony Elanga.
Viktor Gyokeres irdoppja minn penalty fil-11-il minuta u skorja penalty ieħor fi tmiem l-ewwel taqsima biex poġġa lil pajjiżu 3-0 minn fuq.
Madankollu, il-Bosnjaċi għamlu reazzjoni wara l-mistrieħ, b’Armin Gigovic jiskorja fis-47 minuta u Sead Kolasinac inaqqas id-distakk fit-62 minuta.
Minkejja l-pressjoni finali, l-Isvezja żammew il-vantaġġ u kisbu il-promozzjoni għal League A.





