L-Iskozja żammet ħajjin it-tamiet tagħha li tispiċċa fit-tieni post ta’ Grupp B1 tal-UEFA Nations League wara rebħa ta’ 2-1 kontra l-Maċedonja f’Hampden Park.
John McGinn kien il-protagonista ewlieni, hekk kif skorja ż-żewġ goals tat-Tartani.
Wara taqsima mingħajr goals, McGinn fetaħ l-iskor fl-54 minuta wara azzjoni maħduma minn Che Adams.
Madankollu, tliet minuti wara, Elmin Rastoder kiseb id-draw għall-Maċedonja b’daqqa ta’ ras.
L-Iskozja kompliet jippressaw u, fl-74 minuta, ngħataw penalty wara foul tal-goalkeeper Stole Dimitrievski fuq Ben Gannon-Doak. Mill-ħdax-il metru McGinn ma żbaljax biex assigura t-tliet punti.
Intant, Andy Robertson laħaq ir-rekord ta’ Kenny Dalglish ta’ 102 dehra mat-team nazzjonali.





