Monday, November 16, 2026
Home Sport UEFA Nations League: L-Ingilterra tegħleb lil Spanja 3-2 u twaqqaf is-sensiela pożittiva...

UEFA Nations League: L-Ingilterra tegħleb lil Spanja 3-2 u twaqqaf is-sensiela pożittiva tagħha

0
35

L-Ingilterra kisbet rebħa prestiġjuża ta’ 3-2 fuq Spanja f’Madrid biex temmet is-sensiela ta’ 43 logħba mingħajr telfa taċ-champions tad-dinja u temmet fil-quċċata ta’ Grupp A3 tan-Nations League.

Harry Kane fetaħ l-iskor minn penalty fil-45 minuta, qabel ma Ezri Konsa rdoppja fil-53 minuta b’daqqa ta’ ras minn corner ta’ Declan Rice.

Erba’ minuti wara, Ben White għamilhom 3-0.

Madankollu, it-tkeċċija ta’ Elliot Anderson (63) biddlet il-logħba. Mikel Oyarzabal naqqas id-distakk minn penalty żewġ minuti wara, filwaqt li Nico Williams skorja t-tieni goal Spanjol fil-75 minuta.

Minkejja pressjoni kbira fl-aħħar, l-Ingilterra żammet ir-riżultat u assigurat l-ewwel post tal-grupp.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here