Il-coach, Gilbert Agius, kellu bidu mill-aqwa fit-tmexxija tat-team nazzjonali ta’ Taħt il-21sena meta kiseb rebħa ta’ 2-0 kontra Palermo Primavera f’partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet ilbieraħ fis-Centernary Stadium, wara wirja pożittiva ferm.
Lechlan Sattout u Thomas Melillo kienu l-awturi tal-goals li taw din ir-rebħa lill-Maltin.
Iż-żewġ timijiet se jerġgħu jiltaqgħu f’partita oħra ta’ ħbiberija matul din il-ġimgħa.




