Minn Kenneth Vella
It-52 laqgħa tal-istaġun li saret il-Ħadd fil-Marsa tat il-bidu għall-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Premier fuq distanza ta’ mil u għal żewġ kampjonati għal żwiemel Franċiżi. Dawn kienu l-Prix d’Enghien tal-klassi Gold u l-Prix De Caen tal-klassi Copper. Dawn qiegħed isiru fuq distanza twila ta’ 2640 metru. Il-programm kien jikkonsisti minn maratona ta’ ħdax -il tiġrija.
Mit-tliet heats Premier, disa’ żwiemel għamluha għall-finali. Fl-ewwel heat tal-aqwa klassi d-debuttant Amerikan Extremely Sweet (Jonathan J Farrugia), li kien għal ħafna ħin quddiem, ċeda fl-aħħar metri meta nqabeż min numru ta’ żwiemel. Kien Paul Galea li ħa l-kmand b’Sakima T.H. biex dan akkwista t-tieni rebħa f’Malta minn Isabelle Sisu (Nathaniel Barbara). Il-ġdid Żvediż Denco’s Galliano (Jason Zahra) temm it-tielet minn Zinfandel (Charles Camilleri).
Rampant (Cherise Farrugia) mar quddiem f’nofs id-dritta finali tat-tieni heat tal-aqwa klassi. Dan ħa t-tieni rebħa staġjonali b’tul minn Eland (Jesmar Gafa’). Al Capone Stecca (Clayton Galea) u Giant Design (Paul Galea) daħlu warajhom f’dik l-ordni.
Fit-tielet u l-aħħar heat Premier, The Lion (Rodney Gatt) ħa s-seba’ rebħa staġjonali wara li żied fil-pass fl-aħħar metri. Pure Joy (Cherise Farrugia), Urban Africa (Charles Camilleri) u Fuliggine Pal (Noel Baldacchino) daħlu warajhom f’dik l-ordni.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Leonardo Silvakra (R. Gatt) Ħin – 2.13.9” (1.14.4”) 2. Itzy Bitzy Love (M. Bugeja) 3. Cash On Line (M. Bonnici) 4. Jack J.E. (A. Bartolo)
II Tiġrija. Heat Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Kiri Farceur (J. Gafa’) Ħin – 3.25.1” (1.17.7”) 2. Fakir Piya (R. Gatt) 3. Kinette Du Bouquet (R. Scicluna) 4. Maharbal (G. Micallef) 5. Jasmin De Coulamer (C. Farrugia) 6. Lorcanta (C. Vassallo)
III Tiġrija. Heat Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Himitri Star (J. Spiteri) Ħin – 3.26.4” (1.18.2”) Givre Nonantais (Cherise Farrugia) 3. Conflit (T. Demanuele) 4. Fangio Du Bocage (Ch. Camilleri) 5. Cupidon De Bassard (C. Calleja) 6. Iriac Du Passage (J. Gafa’)
IV Tiġrija. Heat Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Ivanhoe De Retz (W. Cutajar) Ħin – 3.26.9” (1.18.4”) 2. Gringo Marancourt (K. Axisa) 3. Kulk Di Leone (N. Cauchi) 4. Cadol De La Noemie (M. Falzon) 5. Doc De L’Ormerie (S. Axisa) 6. Fiston D’Haufor (P. Galea)
V Tiġrija. Heat Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Geting (R. Gatt) Ħin – 3.20” (1.15.8”) 2. Garde A Vous (G. Grech) 3. Fifty Winner (M. Borg) 4. Gepetto De Godrel (S. Cortis) 5. Galeo Du Tordoir (J. Gafa’) 6. Fitzy De Vive (L. Frendo)
VI Tiġrija. Heat Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Joker Des Molles (J. Said) Ħin – 3.19.5” (1.15.6”) 2. Garry Thoris (P. Spiteri) 3. Hommage De Larre (A. Cassar) 4. Honneur Du Cebe (J. Attard) 5. Hurricane France (J. Gafa’) 6. Hope (P. Galea)
VII Tiġrija. Heat Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Iron De Ginai (C. Vassallo) Ħin – 3.15.7” (1.14.1”) 2. Kamila Des Monts (Cherise Farrugia) 3. Harry Chaleonnais (D. Farrugia) 4. Impact Castelets (R. Gatt) 5. Guepard Griff (A. Cortis) 6. Hyperion Du Bocage (P. Galea)
VIII Tiġrija. Heat Prix D’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Fun De Banville (M. Cauchi) Ħin – 3.18.9” (1.15.3”) 2. Jacovia Madrik (Cherise Farrugia) 3. Jigsaw Puzzle (Ch. Camilleri) 4. Grandcamp (N. Baldacchino) 5. In The Air (L. Frendo) 6. Franky Satyne (M. Mizzi)
IX Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Sakima T.H. (P. Galea) Ħin – 1.57.2” (1.11.4”) 2. Isabelle Sisu (R. Magro) 3. Denco’s Galliano (J. Zahra) 4. Zinfandel (Ch. Camilleri)
X Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Rampant (Cherise Farrugia) Ħin – 1.57.5” (1.11.6”) 2. Eland (J. Gafa’) 3. Al Capone Stecca (C. Galea) 4. Giant Design (P. Galea)
XI-il Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. The Lion (R. Gatt) Ħin – 2.01.7” (1.14.2”) 2. Pure Joy (Cherise Farrugia) 3. Urban Africa (Ch. Camilleri) 4. Fuliggine Pal (N. Baldacchino)




