Tuesday, October 6, 2026
Home Sport UEFA Nations League: L-Italja 16-il partita bla megħluba

UEFA Nations League: L-Italja 16-il partita bla megħluba

0
47

L-Italja żammew ir-rekord ta’ imbattibbiltá kontra t-Turkija b’rebħa ta’ 3-1 f’Bologna fil-UEFA Nations League, biex estendiet is-sensiela tagħha għal 16-il partita mingħajr telfa. 

It-Turkija ħarġu b’saħħithom u ħolqu diversi opportunitajiet, iżda kien Gianluca Scamacca (26) li fetaħ l-iskor  għall-Italja  b’volley mill-isbaħ wara cross ta’ Giovanni Di Lorenzo. 

Fit-tieni taqsima, Aral Simsir (61) kiseb id-draw it-Turkija fil-wara assist ta’ Eren Elmali, iżda erba’ minuti wara Riccardo Calafiori reġa’ poġġa lill-Azzurri fil-vantaġġ permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-free-kick ta’ Nicolo Barella. 

Fl-aħħar minuti, Gianluigi Donnarumma salva xutt perikoluż ta’ Salih Ozcan, qabel ma Francesco Pio Esposito (87) ssiġilla r-rebħa bit-tielet goal wara kontrattakk veloċi. B’din ir-rebħa, l-Italja telgħu fit-tieni post ta’ Grupp A1, filwaqt li t-Turkija għadhom mingħajr punt u jinsabu qrib ir-relegazzjoni għal League B.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here