Tuesday, October 6, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Victor Gyokeres ikompli jkabbar ir-rekord tas-sensiela ta’ goals

UEFA Nations League: Victor Gyokeres ikompli jkabbar ir-rekord tas-sensiela ta’ goals

0
41

L-attakkant Viktor Gyokeres kompla jkabbar ir-rekord meta skorja għas-seba’ partita konsekuttiva fil-UEFA Nations League hekk kif l-Isvezja għelut lir-Rumanija 1-0 f’Bucharest. 

L-attakkant ta’ Arsenal fetaħ l-iskor wara 12-il minuta, meta approfitta minn rebound wara xutt ta’ Sebastian Nanasi li ħabat mal-lasta. 

Minkejja li r-Rumanija tjiebu fit-tieni taqsima, il-goalkeeper Svediż Viktor Johansson kellu rwol importanti biex żamm il-vantaġġ. 

Huwa salva tentattivi perikolużi minn Nicolae Stanciu u Florin Tanase, hekk kif ir-Rumeni fittxew il-goal tad-draw.

Din ir-rebħa poġġiet lill-Isvezja fil-quċċata ta’ Grupp B4, żewġ punti fuq Bosnja Herzegovina.

Għaldaqstant, it-team immexxi mill-coach Graham Potter issa għandu bżonn punt wieħed biss miż-żewġ partiti li fadal biex  jiżgura post fl-ewwel tnejn, filwaqt li r-Rumanija għadha mingħajr punt.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here