Friday, October 2, 2026
Home Sport UEFA Nations League: L-Olanda jirkupraw minn żvantaġġ ta’ żewġ goals

UEFA Nations League: L-Olanda jirkupraw minn żvantaġġ ta’ żewġ goals

0
40

L-Olanda irreġistraw draw ta’ 2-2 kontra l-Greċja f’Thessaloniki wara li kienu 2-0 minn taħt fi tmiem l-ewwel taqsima.

It-team immexxi mill-coach, Xavi Hernandez, kellu bidu diżappuntanti, hekk kif il-Greċja ħolqu diversi perikli u fetħu l-iskor fit-23 minuta permezz ta’ Fotis Ioannidis, li sfrutta żball fid-difiża Olandiża. Ftit qabel il-mistrieħ, Giorgios Masouras żied it-tieni goal wara żball ieħor difensiv mill-Olanda.

Xavi għamel tliet bidliet fil-mistrieħ, b’Noa Lang, Tijjani Reijnders u Ryan Gravenberch jidħlu fil-ground. 

Il-bidliet taw aktar enerġija lill-Olanda, li naqqsu id-distakk permezz ta’ Virgil van Dijk fil-59 minuta b’daqqa ta’ ras minn corner. L-Olanda kellha żewġ goals ta’ Denzel Dumfries imħassra għal offside u komplew iżidu l-pressjoni. 

Fl-aħħar, fit-89 minuta, Reijnders skorja mir-rebound biex salva punt għall-Olanda. 

B’hekk, huma baqgħu bla telfa fit-tielet logħba tagħhom taħt Xavi u żammew kuntatt mal-Greċja fil-quċċata tal-grupp.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here