Friday, October 2, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Il-Ġermanja tikseb l-ewwel rebħa taħt ir-responsabbiltá tal-coach Jurgen Klopp

UEFA Nations League: Il-Ġermanja tikseb l-ewwel rebħa taħt ir-responsabbiltá tal-coach Jurgen Klopp

0
53

Il-Ġermanja kisbet l-ewwel rebħa tagħha taħt it-tmexxija tal-coach, Jurgen Klopp, hekk kif f’partita mill-UEFA Nations League, għelbu lis-Serbja bl-iskor ta’ 2-0 fl-Allianz Arena ta’ Munich. 

Il-Ġermaniżi ddominaw mill-ewwel minuti u fl-ewwel taqsima kellhom 16-il xutt kontra x-xejn tas-Serbja. 

Wara diversi opportunitajiet, Tom Bischof fetaħ l-iskor fid-39 minuta b’xutt minn rebound wara li Florian Wirtz kien laqat il-lasta. 

Wara l-mistrieħ, il-Ġermanja kompliet tikkontrolla l-logħba u Wirtz rdoppja l-vantaġġ fis-61 minuta wara azzjoni personali. 

Is-Serbja għamlet erba’ sostituzzjonijiet fit-68 minuta u kel­lha xi mumenti tajbin, iżda l-goalkeeper, Jonas Urbig, żamm il-lasta tiegħu intatta. 

Din il-partita  rat ukoll diversi debuttanti Ġermaniżi, fosthom Derry Scherhant, Said El Mala u Mika Baur. 

Il-Ġermanja issa se tiffaċċja lill-Greċja f’Thessaloniki nhar il-Ħadd li ġej.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here