Friday, October 2, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Wales jiksbu l-ewwel rebħa

UEFA Nations League: Wales jiksbu l-ewwel rebħa

0
48

Wales kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 fuq in-Norveġja f’Cardiff, biex wieġbu b’mod mill-aqwa għat-telfa kontra d-Danimarka fil-UEFA Nations League. 

In-Norveġja fetħu l-iskor permezz ta’ Oscar Bobb, wara bidu kwiet minn Wales. Madankollu, it-team immexxi minn Craig Bellamy rreaġixxa b’mod impressjonanti u Daniel James ġab id-draw ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima wara xogħol tajjeb minn Sorba Thomas. 

Fil-bidu tat-tieni taqsima, Torbjorn Heggem intwera l-karta l-ħamra wara li waqqa’ lil James hekk kif dan ħarab waħdu. 

Neco Williams skorja mill-free-kick biex poġġa lil Wales fil-vantaġġ. 

Minkejja diversi opportunitajiet biex ikabbru l-vantaġġ, Wales kellhom jibqgħu jissieltu sal-aħħar. In-Norveġja, b’Erling Haaland fil-formazzjoni, naqsu milli jsibu risposta u spiċċaw b’10 plejers. 

B’din ir-rebħa, Wales kisbu l-ewwel tliet punti tagħhom f’League A.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here